Il-Kampjonat Premier għall-istaġun 2021-22 jerġa jibda din il-ġimgħa taħt format ġdid. Dan l-istaġun, in-numru ta’ timijiet li ħa jilgħabu fid-diviżjoni prinċipali tal-futbol Malti niżel minn 16 għal 12 wara li l-Malta Football Association approvat mozzjoni li kienet tgħid li ebda tim miċ-Challenge League ma jiġi promoss wara li 75 fil-mija tal-logħbiet ma ntlagħbux.
Din is-sena, il-kampjonat ħa jintlagħab fuq tlett rounds. L-ewwel tnejn ikunu fuq bażi round robin waqt li fit-tielet round it-tnax-il tim jiġu maqsuma f’żewġ sezzjonijiiet – l-ewwel sitta jiffurmaw iċ-Championship Pool u l-aħħar sitta jilgħabu fir-Relegation Pool.
Il-partiti kollha ħa jintlagħbu taħt protokoll mediku strett imma almenu dan l-istaġun numru zgħir ta’ supporters se jkunu jistaw jattendu l-partiti tat-tim favorit tagħhom.
Gwida qasira fuq it-12-il tim li ħa jilgħabu fil-kampjonat Premier 2021-22.
FLORIANA
Floriana FC żgur li ħa jkunu determinati li jpattu għall-istaġun diżastruż li kellhom is-sena l-oħra fejn minn wieħed mill-pretendi għar-rebħ tal-kampjonat spiċċaw f’battalja li jsalvaw posthom fl-ogħla diviżjoni – esitu sorprendenti għal tim li rebaħ il-kampjonat l-istaġun ta’ qabel.
Il-Furjana, taħt il-presidenza l-ġdida ta’ Johann Said u l-kowċ Taljan Gianluca Atzori, biddlu kompletament l-istrateġija tagħhom fejn tefaw it-tamiet tagħhom fuq it-talent żagħżugħ.
Fil-fatt ħafna mill-players stabbiliti li għenu l-klabb jirbħu l-kampjonat m’għadhomx jiffurmaw parti mill-iskwadra u l-klabb akkwista numru ta’ players żgħażagħ bħal ma huma Adam Magri Overend, Zachary Cassar u Owen Spiteri filwaqt li akkwistaw id-difensur Spanjol Christian Rutjens.
L-attakkant Albaniż Kristjan Keqi mistenni jerġa jieħu rwol important għat-tim Furjaniż li jittamaw li juri l-istess forma li wera meta mexxa t-tim għar-rebħ tal-kampjonat.
VALLETTA FC
Valletta FC resqin lejn l-istaġun il-ġdid b’determinazzjoni li jpoġġu lilhom infushom mat-timijiet li ħa jisfidaw għall-unuri wara d-diżappunt tal-istaġun 2020-21.
Matul ix-xhur tas-sajf il-Beltin wettqu diversi tibdiliet fl-iskwadra. Henry Bonello, Jonathan Caruana, Santiago Malano, Miguel Angel Alba u Kyrian Nwoko telqu l-klabb wara ħafna snin.
Valletta kienu attivi ferm fis-suq ta’ trasferimenti meta akkwistaw lil gowlkiper Alessandro Guarnone, difensur Christian Gauci, midfilders Michele Sansone u James Arthur u l-attakkanti Caio Henrique u Milan Juridik.
M’hemmx dubju li Valletta qed jittamaw li jerġaw ikunu fost il-protagonisti għall-istaġun il-ġdid u jerġaw jiċċelinġjaw għall-unuri.
HIBERNIANS
Hibernians għadhom għan f’wieħed f’moħħom… dak li jirnexxielhom imorru pass iktar mill-istaġun li għadda fejn kellhom jikkuntentaw ruħhom li jispiċċaw fit-tieni post fil-kampjonat Premier.
It-tim minn Raħal l-Ġdid mistennjija jkunu fost l-isfidanti prinċipali għaċ-champions Ħamrun Spartans wara li jirnexxielhom iżommu l-maġġoranza tal-players li kienu magħhom l-istaġun li għadda.
Bil-goalkeeper regolari Matthew Calleja Cremona barra għal diversi xhur ħabba injury serja f’irkopptu, Hibernians akkwistaw żewg goalkeepers, Nicky Vella u Ibrahim Kone. Huma komplew iżidu l-kwalita fl-attakk bl-akkwisti ta’ Wilfried Domoraud u Thaylor.
Bi plejers internazzjonali bħal Andrei Agius, Bjorn Kristensen, Jake Grech u Jurgen Degabriele jifformaw l-ispina tat-tim, it-tim Pawlist għandu qalbu qawwija li jkunu sfidanti serji għar-rebħ tal-kampjonat li ilu nieqes minn Raħal il-Ġdid għal dawn l-aħħar erbgħa snin.
BIRKIRKARA
Birkirkara żgur li huma determinati li jkollhom bidu ta l-istaġun mill-aqwa hekk kif jippruvaw jitfaw pressjoni fuq l-isfidanti maġġuri għar-rebħ tal-kampjonat sa mill-ewwel ġurnata ta l-istaġun.
Fl-aħħar żewġ staguni, Birkirkara soffrew minn bidu ħażin ħafna fil-kampjonat, b’riżultat li spiċċaw li tilfu ħafna punti prezzjużi li finalment qatawhom mill-ġlieda għar-rebħ tal-kampjonat.
Kowċ Andre Paus forsi tilef xi players important bħal Alessandro Guarnone, Caio Henrique u Alex Alves imma l-klabb Karkariż irnexxielu jġib sostituti ta’ livell għal dawn il-players bħalma huma Daniel Fernandes, Diego Venancio u Jefferson Machedo.
Bil-qalba tal-iskwadra ta l-istaġun li għadda għada hemm, Birkrirkara m’għandhomx ikollom problema biex juru l-aħjar forma tagħhom sa mill-bidu ta l-istaġun hekk kif jittamaw li jkunu sfidanti ewlenin għar-rebħ tal-kampjonat.
GŻIRA UNITED
Gżira United qed jittamaw li sa fl-aħħar ikunu kapaċi jagħtu sfida denja għar-rebħ tat-titlu wara li f’dawn l-aħħar snin qatt ma rnexxielhom jibqaw fit-tiġrija sa l-aħħar.
Il-kowċ Darren Abdilla żamm il-maġġoranza ta l-iskwadra mill-istaġun li għadda u rnexxielu jakkwista numru ta players ta’ talent bħal Thiago Espindonla, Emmanuel Mbong, Judivan u r-ritorn ta’ l-attakant Haruna Garba.
Tradizzjonalment, Gżira United jirnexxielhom iżommu l-pass mat-timijiet fin-naħa ta’ fuq matul il-maġġoranza ta’ l-istaġun pero meta l-ġlieda għar-rebħ tal-kampjonat tidħol fil-fażi deċiżiva qatt ma jirnexxielhom ikunu fost il-protagonisti.
Dan l-istaġun, Gżira jidhru li huma attrezzati biżżejjed biex iwasslu sa l-aħħar fażi tal-kampjonat u żgur li ħa jkunu fost il-pretendi prinċipali għar-rebħ tal-kampjonat.
SIRENS
Wara li kellhom staġun diffiċli, Sirens qed jittamaw li jibdew paġna ġdida wara diversi tibdiliet fil-klabb. It-tim minn San Pawl il-Baħar kważi biddel kompletament l-iskwadra, b’Winston Muscat maħtur bħala l-kowċ il-ġdid.
Sirens saħħew l-iskwadra b’numru ta’ players li għandhom esperjenza fil-kampjonat Premier bħal ma huma Sacha Borg, Jacob Walker, Conor Borg, u Alfred Effiong.
Bla dubju, Sirens għandhom bżonn ftit taż-żmien biex jingħaqdu bħala grupp minħabba n-numru sostanzjali ta akkwisti ġodda. Pero huwa imperattiv li jibdew il-kampjonat fuq nota posittiva jekk iridu jżommu ruħhom il-bogħod miż-żona tar-relegazzjoni.
BALZAN
Wara sensiela ta’ riżultati posittivi fit-tieni parti ta l-istaġun li għadda, li għenu lit-tim iżomm postu fil-Premier League, Balzan iddeċidew li jibqaw leali lejn il-grupp ta’ players li impressjonaw fl-aktar fażi deċiżiva tal-kampjonat.
Mark Miller kien konfermat għal staġun iehor u l-kowċ Ingliz ma’ tantx kien involut fis-suq ta’ trasferimenti. Fil-fatt l-uniċi players li ġew iffirmati mill-klabb kienu Milos Miljic u Bojan Kaljevic u Alex Alves li rritornaw lura mal-klabb wara ftit ta’ snini.
Għal ħafna ġimgħat l-istaġun li għadda Balzan urew inkosistenza preokkupanti li poġġiet posthom fil-Premier League fil-periklu.
Din is-sena, bil-maġġoranza tat-timijiet li jidhru ta’ l-istess livell, serje twila oħra ta’ riżultati negattivi tkun tista tkun fatali għal Balzan.
SLIEMA WANDERERS
Sliema Wanderers esperjenzaw fortuni differenti l-istaġun li għadda. Wara li kellhom bidu tal-kampjonat posittiv ħafna, problemi amministrattivi u finanzjarji raw it-tim jidħol fi kriżi u seta’ faċilment it-tajjeb kollu li sar.
Fit-tmiem l-istaġun, l-amministrazzjoni tal-klabb ħadmet qatiegħ biex issolvi l-problemi li kien hemm u kien biss f’dawn l-aħħar gimgħat li bdiet ħidma biex tissaħħaħ l-iskwadra.
Il-Wanderers, sa issa, iffirmaw Inters Gui, mill-Kosta t’Avorju, Matheus Freitas, difensur Brażiljan, l-midfielder Ġappuniż Uki Chida kif ukoll Warsama Hassan minn Djibouti. Huma rnexxielhom ukoll jiffirmaw il-winger internazzjonali Malti Myles Beerman.
Il-kowċ Andrea Pisanu għandu biċċa xogħol iebsa biex jirrepetti il-ħames post tal-istaġun li għadda. Pero’ l-għarfien tattiku u l-ispirtu kumbattiv tieghu jistaw ikunu ta’ għajnuna kbira għall-Wanderers dan l-istaġun.
ĦAMRUN SPARTANS
Wara r-rebħ tal-kampjonat l-istaġun li għadda, Ħamrun Spartans huma kkunsidrati bħala l-favoriti li jżommu t-titlu għal staġun iehor.
Ħamrun, megħjuna mill-investiment finanzjarju tal-president Joseph Portelli, kienu fost il-protagonisti fis-suq tat-trasferimenti meta rnexxielhom jakkwistaw numru ta’ players ta’ kwalita.
L-Ispartans akkwista lill-goalkeeper internazzjonali Malti Henry Bonello, d-difensur internazzjonali ta l-Estonja Nikita Baranov, l-midfielder internazzjonali Luke Gambin u l-attakkant Franklin Sasere li komplew iżidu l-kwalita fi skwadra b’saħħitha.
Ħamrun żgur li għandhom waħda mill-aktar skwadri b’saħħithom fil-kampjonat Premier dan l-istaġun u jekk il-kowċ Mark Buttigieg jirnexxielu jżomm bilanċ tattiku fit-tim tiegħu allura Ħamrun ħa jkunu f’posizzjoni b’saħħitha li jżommu t-titlu li rebħu l-istaġun li għadda.
MOSTA
Wara kwalifikazzjoni storika fil-kompetizzjoni tal-club tal-UEFA, Mosta FC huma determinati li jkomplu jimpressjonaw fil-kampjonat Premier.
Mosta, li ħa jkunu taħt it-tmexxija tal-kowċ Joe Grech u d-direttur tekniku Mario Muscat, irnexxielhom iżommu l-maġġoranza ta l-iskwadra li spiċċat fis-sitt post fil-kampjonat l-istaġun li għadda.
Mosta rnexxielhom jakkwistaw lil midfielders Ivan Djoric u Ivan Riascos kif ukoll lil winger Will Donkin. Pero l-akbar akkwist kien l-attakkant Nigerjan Johnson Nsumoh li impressjona fil-partiti tal-UEFA Conference League kontra Spartak Trnava.
Bla dubbju, jekk Mosta jirnexxielhom ikunu konsistenti fir-riżultati, allura ħa jkunu sfidanti għall-post fl-Ewropa.
GUDJA UNITED
Gudja United għandhom sfida akbar biex iżommu posthom fil-kampjonat Premier li mistenni jkun ħafna aktar bilanċjat minn snin oħra.
L-istaġun li għadda, Gudja United kellu jitħabtu mhux ftit biex iżommu posthom fil-kampjonat Premier pero din id-darba iridu jtejjbu l-prestazzjonijiet tagħhom biex jitbegħdu miż-zona l-ħamra.
Gudja United ħatru lil Thane Micallef bħala kowċ minflok Jesmond Zammit filwaqt li akkwistaw lid-difensur Russu Igor Dudarek, il-wingers Leighton Grech u Yasukaze Ito kif ukoll lill-attakkant Dibola Diwoto.
Bidu posittiv huwa kruċjali għat-tamiet ta’ Gudja United li jżommu posthom fil-kampjonat Premier.
STA LUCIA
Sta Lucia ġejjin minn wieħed mill-aqwa staġuni fil-kampjonat Premier wara li spiċċaw fis-seba post minkejja li operaw fuq budget modest.
Dan l-istaġun Sta Lucia jidhru li jridu jkomplu jissaħħu u jekk wieħed iħares lejn l-attivita ta’ transfers tagħhom jidher ċar li kapaċi jkunu s-sorpriża ta’ l-istaġun fuq in-naħa ta’ fuq.
Veru li Santa Luċija tilfu lil attakkant prolifiku Kevin Ante Rosero pero rnexxielhom jakkwistaw lil gowlkiper Julani Archibald, id-difensur Jurgen Pisani, il-midfielder Brażiljan Patrick Mota u l-attakkant Vito Plut.
Il-kowċ Oliver Spiteri diġa wera li kapaċi joħroġ l-aħjar mill-element żagħżugħ li għandu fl-iskwadra u żgur li Santa Luċija kapaċi jkunu opposizjoni diffiċli għal kwalunkwe tim dan l-istaġun.
Mill-ewwel xutt sal-aħħar pass. Kull punt, kull tiġrija, kull rebħa – esperjenzaha bħal qatt
qabel fuq Lottoland. Lottoland toffri l-aqwa mħatri online minn kull rokna tal-pjaneta, b’eluf ta’
swieq disponibbli għalik.
Kemm jekk tixtieq tieħu ċans fuq imħatri qabel il-logħba kif ukoll waqt il-logħba innifisha, Lottoland għandha minn kollox, filwaqt li toffri odds kompetittivi sabiex tipprovdilek l-aqwa valur għal flusek. Tista’ tagħmel “Cashout” kmieni sabiex tassigura profitt jekk l-imħatra sejra tajjeb jew tieħu ftit lura minn dak li lgħabt jekk mhux sejra favurik – dan kollu qabel ma tispiċċa l-logħba li qed tilgħab fuqha.
Ma’ Lottoland meta tagħmel l-ewwel imħatra tiegħek ta’ €5 fuq avveniment sportiv – jekk ma tirbaħx, tirċievi flusek lura bħala imħatra oħra b’xejn!
Tista’ tieħu wkoll Bonus Bet ta’ €5 kull nhar ta’ Ġimgħa, meta tkun għamilt b’€25 jew aktar f’imħatri fuq kwalunkwe Sport bejn is-Sibt u l-Ħamis – inklużi l-logħbiet tal-Premier League Malti!
Min taħseb li se jirbaħ il-Kampjonat Malti dan l-istaġun?
Lottoland hija operata minn European Lotto and Betting Limited u hija lliċenzjata mill-Awtorità Maltija dwar il-Logħob, numru tal-liċenzja MGA/B2C/609/2018. 18+ Il-logħob tal-azzard jista’ jkun ta’ ħsara jekk mhux ikkontrollat. Jekk jogħġbok ilgħab b’responsabbiltà. Għal għajnuna żur rgf.org.mt
L-offerti għandhom jinfdew billi tikklikkja fuq u tagħżel kull waħda separatament permezz tal-links fl-artiklu ta’ hawn fuq. L-offerta ‘Flusek lura bħala Freebet’ hija disponibbli għal plejers ġodda biss u tista’ tintuża darba kull persuna. Termini u kundizzjonijiet sħaħ hawn. L-offerta ‘Bonus Bet ta’ €5 kull ġimgħa’ hija disponibbli għall-klijenti kollha u tista’ tintuża kull ġimgħa. Termini u kundizzjonijiet sħaħ hawn. Dawn it-termini huma supplimentari għat-Termini u Kundizzjonijiet Promozzjonali ta’ Lottoland li jinsabu hawn.