Wara waqfa ta’ sitt xhur il-futbol Malti jirritorna lura fuq l-aġenda sportiva meta l-Kampjonat BOV
Premier jerġa’ jibda fi tmiem din il-ġimgħa. Dan l-istaġun il-Kampjonat Premier żdied għal 16-il tim u
l-MFA se timplimenta protokoll mediku strett sabiex il-logħob ikun jista’ jsir f’ambjent sikur, anke
jekk bil-bibien magħluqin għall-pubbliku. Fl-aħħar ftit snin, il-Kampjonat Premier dejjem irriżulta
f’kompetizzjoni qalila u l-istaġun 2020-21 aktarx li se jipprovdi sitwazzjoni simili.
Hawnhekk hawn gwida ħafifa b’dak kollu li għandek tkun taf dwar kull wieħed mis-16-il tim li qed
jikkompeti fil-Kampjonat BOV Premier f’dan l-istaġun:
FLORIANA
L-għan ewlieni ta’ Floriana FC dan l-istaġun se jkun li jiddefendu b’suċċess it-titlu li rebħu l-istaġun li
għadda. Il-Greens irnexxielhom iżommu magħhom il-maġġoranza tal-iskwadra li rebħu l-ewwel
kuruna tal-klabb wara assenza ta’ 27 sena. Il-kowċ Vincenzo Potenza għamel l-iskwadra aktar
professjonali bil-wasla taż-żewġ midfielders Nicola Leone u Siraj Arab kif ukoll l-attakkant Brażiljan
Flavio Cheveresan. It-tiġdid tal-kuntratt ta’ Enzo Ruiz kien suċċess ewlieni ieħor għall-Floriana għaliex
id-difensur Arġentin huwa figura ta’ influwenza fit-tim flimkien mal-attakkant Albaniż Kristijan Keqi li
għal darba oħra huwa mistenni li jkollu rwol ċentrali fil-missjoni tal-Floriana li jżommu t-titlu tal-
kampjonat.
VALLETTA FC
Valletta FC se jkunu determinati sabiex ipattu għad-diżappunt tal-istaġun li għadda li rahom jgħaddu
l-kuruna tagħhom lill-ġirien rivali tagħhom il-Floriana. Fl-istaġun magħluq Valletta ġabu lura lil
Jesmond Zerafa bħala l-kowċ tal-ewwel tim iżda tilfu lid-difensur ta’ influwenza kbira Steve Borg li
ngħaqad ma’ Gżira United u ġabu lid-difensur Serb Mihailo Jovanovic sabiex jipperfezzjonaw id-
difiża. Fuq quddiem żiedu aktar saħħa bil-wasla tal-attakkant Brażiljan Taylon u l-winger Ġappuniż
Taisei Marukawa, li fl-istaġun li għadda kien mas-Senglea Athletic. Valletta FC se jittammaw li l-
esperjenza tal-plejers tagħhom f’kampjonati ewlenin ibsin se tgħinhom jerġgħu jiksbu l-post
tagħhom fil-quċċata tal-futbol Malti.
HIBERNIANS
Il-Hibernians jidħlu fl-istaġun il-ġdid wara sajf ta’ tibdil fil-klabb ta’ Raħal Ġdid. Edison Tarabai, Jorge
Santos Silva, Imanol Iriberri, Jens Wemmer u Marcio kollha tneħħew u ġew sostitwiti bi plejers bħal
Jose Wilkson, Shola Shodiya u Rundell Winchester li kienu Malta fl-istaġun li għadda kif ukoll id-
difensur ċentrali esperjenzat Brażiljan Leandro Almeida. Huma nfirdu wkoll minn żewġ talenti
żgħażagħ – Joseph Mbong u Myles Beerman iżda għadhom juru fiduċja fil-prodotti żgħażagħ
tagħhom bħalma huma Connor Zammit u Timothy Tabone Desira li huma mistennija jieħdu rwol
aktar ċentrali fl-iskwadra ta’ Stefano Sanderra. Il-wirja eċċellenti li taw fl-Ewropa hija sinjal li l-Hibs se
jkunu forza li għandha tittieħed bis-serjetà u li huma lesti jaslu sal-quċċata.
BIRKIRKARA
Birkirkara huma mistennija jkunu fost il-protagonisti ewlenin fit-tiġrija għat-titlu ta’ dan l-istaġun,
partikolarment wara l-wirjiet b’saħħithom fit-tieni parti tal-istaġun li għadda. Għall-kuntrarju ta’ snin
preċedenti, l-iStripes żammew il-qalba tal-iskwadra li brillat fl-aħħar parti tal-istaġun 2019-20 u hija
biss l-interruzzjoni tal-istaġun li għadda li ċaħħditilhom post fl-Ewropa, jekk mhux ir-rebħa tal-
kampjonat. Il-kowċ Andre Paus se jerġa’ jkollu r-riedni f’idejh għal darba oħra u l-Olandiż ikkonferma
l-membri ewlenin kollha tal-iskwadra tal-istaġun li għadda, bħal Andrew Hogg, Enrico Pepe, Caio u l-
attakkant Federico Falcone. Il-winger Brażiljan Alex Alves huwa l-aqwa akkwist tagħhom s’issa iżda
wieħed jista’ jħoss li l-karta rebbieħa tal-iStripes dan l-istaġun tista’ tkun il-bidla fl-istrateġija tat-
trasferimenti għaliex il-fatt li se jkollhom skwadra stabbli se jagħtihom ċans akbar għal riżultat
eċċellenti.
GŻIRA UNITED
Gżira United għaddew minn kambjament enormi dan is-sajf. Darren Abdilla ħa t-tmun tal-ewwel tim
u dan il-kowċ preċedenti ta’ Valletta daħħal sett ġdid ta’ plejers barranin bħal Luis Riascos, Jackson
Mendonza, Riccardo Correa u Gabriel Mentz li għandhom esperjenza fil-Kampjonat Premier apparti li
ġab lura lill-attakkant Brażiljan Jefferson. Madankollu, l-aqwa trasferiment li għamlu Gżira das-sajf
huwa l-akkwist tad-difensur esperjenzat Steve Borg li jġib fit-tim mhux biss it-talenti tal-futbol tiegħu
iżda anke esperjenza meħtieġa immens minħabba li rebaħ kull unur lokali mal-klabb preċedenti
tiegħu Valletta. Filwaqt li l-Maroons jista’ jkollhom bżonn ftit żmien sabiex jingħaqdu bħala tim,
minħabba t-tibdiliet kollha li għamlu m’hemmx dubju li dawn għandhom il-potenzjal ikunu sorpriża
fit-tellieqa għar-rebħa ta’ dan l-istaġun.
SIRENS
Wara d-debutt sorprendenti tagħhom fil-Kampjonat Premier, li wassalhom sabiex akkwistaw post
storiku fl-Europa League, Sirens huma lesti sabiex ikomplu jagħmlu l-impossibbli fost il-kbar tal-
futbol Malti. L-iskwadra ta’ San Pawl il-Baħar għamlet ftit trasferimenti bil-għaqal das-sajf fejn
akkwistat għadd ta’ plejers b’ħafna esperjenza fil-Kampjonat Premier bħall-attakkant veteran
Michael Mifsud, Wilfried Domoraud u Ryan Scicluna, fost l-oħrajn. Il-kowċ Steve D’Amato żied aktar
saħħa bl-akkwisti ta’ Samba Tounkara u Maxuell hekk kif is-Sirens huma determinati jkomplu jiktbu
mill-ġdid l-istorja tal-klabb f’dan l-istaġun.
BALZAN
Balzan iddeċidew li jerġgħu jibdew mill-bidu għall-istaġun li ġej. Mark Miller sar il-kowċ il-ġdid u r-
Reds iddeċidew li jserrħu fuq talent żagħżugħ. Fil-fatt, Balzan ġabu plejers żgħażagħ barranin ta’
talent kbir bħal Eric McWoods, Moussa Kamara u Suleima Jalu fost l-oħrajn filwaqt li akkwistaw lill-
attakkant Brażiljan Weverton mingħand il-Mosta. Min-naħa l-oħra, Kristijan Naumovski, Andrija
Majdevac, Nenad Slivjic u Dale Camilleri kollha tneħħew minn Balzan li huma lesti jġibu aktar plejers
żgħar mis-sezzjoni taż-żgħażagħ tagħhom. Jidher li l-istaġun 2020-21 jista’ jkun staġun tranżizzjonali
għal Balzan hekk kif qed jimmiraw li jpoġġu l-klabb fuq pedamenti aktar sodi għall-futur.
SLIEMA WANDERERS
Sliema Wanderers huma ħerqana sabiex jirkupraw minn kampanja diżappuntanti tal-2019-20. Issa
taħt il-presidenza ta’ Jeffrey Farrugia, il-Blues berbqu ftit mhux ħażin das-sajf b’serje ta’ akkwisti ta’
barra minn hawn f’attentat sabiex it-tim jissielet għall-quċċata. L-akkwist tal-midfielder tal-Arsenal
Denilson u Danny Holla, li qabel kien ma’ Brighton, huma dikjarazzjoni ċara tal-intenzjoni tagħhom.
Flimkien ma’ dan, il-Wanderers ġabu wkoll xi wċuh familjari għall-futbol Malti bħal Gilmar u Sylvano
Comvalius f’attentat sabiex ikollhom bidu tajjeb f’dan l-istaġun. Jekk il-kowċ Andrea Pisanu jirnexxilu
jgħaqqad malajr it-tim, il-Wanderers jistgħu jkunu ta’ theddida sew għall-aqwa timijiet fil-Kampjonat
Premier.
ĦAMRUN SPARTANS
Il-wasla ta’ Joseph Portelli bħala l-isponsor ewlieni tal-klabb tista’ tkun il-bidu ta’ epoka ġdida għall-
iSpartans li huma ħerqana jirritornaw għall-glorja li kellhom fit-80ijiet. Das-sajf, ir-Reds bnew
kompletament mill-ġdid l-iskwadra tal-ewwel tim tagħhom bil-kowċ ġdid Mark Buttigieg iġib miegħu
erba’ plejers li ħadmu miegħu man-Nadur Youngsters, jiġifieri Predgrag Djordjevic, Elkin Serrano
Valero, Marcelo Barbosa u Emerson Marcelina. Flimkien ma’ dawk l-iSpartans akkwistaw l-istilel
lokali Joseph Mbong u Juan Corbalan. L-aspettattivi huma għoljin fil-klikka tal-iSpartans iżda wieħed
għad irid jara jekk dan hux se jkun biżżejjed għalihom sabiex jiġġieldu għal post fl-Ewropa.
MOSTA
Mosta se jkunu qed iħarsu lejn kampanja soda oħra fil-Kampjonat Premier fejn il-Blues qed jimmiraw
li jsaħħu l-istatus eċċellenti tagħhom. Taħt id-direzzjoni ta’ Mario Muscat, il-Blues reġgħu għamlu
għadd ta’ tibdiliet fl-iskwadra tal-ewwel tim tagħhom, fejn ġabu d-difensur Clayton Failla, iż-żewġ
midfielders Johann Bezzina u Kevin Tulimieri, u l-attakkant Bojan Kaljevic. Perjodu kalm ta’ qabel l-
istaġun jindika li l-Blues għadhom qed jippruvaw isibu saqajhom bħala tim iżda jekk il-kowċ Mario
Muscat jista’ jgħaqqad il-biċċiet flimkien il-Mosta jistgħu jkunu ta’ periklu għal ħafna timijiet dan l-
istaġun.
GUDJA UNITED
Gudja United se jkunu ħerqana sabiex ikomplu jibnu fuq debutt brillanti fl-aqwa kampjonat Malti fl-
istaġun li għadda, fejn irnexxielhom iżommu ’l bogħod milli jaqgħu. Jesmond Zammit issostitwixxa lil
Josef Mansueto bħala l-kowċ tal-ewwel tim u l-kowċ preċedenti tax-Xewkija Tigers ġab miegħu fil-
klabb taħlita ta’ plejers żgħażagħ u esperjenzati li diġà huma komdi fil-Kampjonat Premier. Fil-fatt, il-
wasla ta’ plejers tal-kalibru ta’ Glenn Zammit, Goran Adamovic, Dale Camilleri, Terence Vella u
Augusto Caceres żgur se ssaħħaħ tim li qed jimmira li jmur tajjeb fil-Kampjonat Premier.
SENGLEA ATHLETIC
Senglea Athletic qed jippreparaw ruħhom għal kampanja diffiċli oħra. Perjodu pożittiv ta’ qabel l-
istaġun ixxellef bit-tluq f’daqqa waħda tal-kowċ il-ġdid Goran Nikic, li ġie sostitwit minn Ryan Newell.
Qabel ma telaq Nikic, it-tim tal-Kottonera kien ġab għadd ta’ plejers Serbi, bħal Nikola Terzin, Dejan
Kukic u Uros Parezanin li flimkien mal-plejers ta’ esperjenza Andre Scicluna u Clyde Borg kienu
mistennija li jsaħħu aktar it-tim. Wieħed għad irid jara jekk dan it-tim jirnexxilux jikseb l-istabbiltà
malajr taħt id-direzzjoni ġdida. Jekk jonqos milli jagħmel dan jista’ jkollu staġun diffiċli ieħor.
STA LUCIA
Sta Lucia komplew jibbażaw kollox fuq il-filosofija tal-klabb li jinvestu fiż-żgħażagħ. Is-Saints ġabu
għadd ta’ żgħażagħ b’talent kbir bħall-goalkeeper Andreas Vella, id-difensuri Romario Camilleri u
Victor Luiz, il-midfielder Jamie Zerafa kif ukoll żewġ barranin b’ħafna esperjenza fil-Kampjonat
Premier bħall-midfielder Brażiljan Leandro Motta u Alan. Sta Lucia spikkaw fl-istaġun li għadda għall-
istil ta’ futbol b’attakki spettakolari u jekk il-kowċ Oliver Spiteri jista’ jgħin lit-tim tiegħu jirriproduċi l-
istess abbiltà, is-Saints għandu jkollhom kampanja pożittiva fil-kampjonat.
TARXIEN RAINBOWS
Tarxien Rainbows qed jittamaw għal bidla fil-fortuna tal-klabb wara li kienu salvati milli jaqgħu wara
deċiżjoni tal-Kunsill tal-MFA lejn l-aħħar tal-istaġun li għadda. Ir-Rainbows bdew mix-xejn dan l-
istaġun, filwaqt li ħatru lil Winston Muscat bħala l-kowċ tal-ewwel tim tagħhom. Muscat ġab lejn il-
klabb għadd ta’ wċuħ ġodda bħall-goalkeeper Jurgen Borg, id-difensur Anderson, il-midfielder Jurgen
Debono u l-attakkant Vito Plut, bit-tama li jagħti lit-tim tiegħu aktar ħeġġa. L-għan ewlieni tar-
Rainbows huwa aktarx li jevitaw li jaqgħu, jekk jirnexxilhom jista’ jitqies li huwa pass lejn id-direzzjoni
t-tajba.
ŻEJTUN CORINTHIANS
Żejtun Corinthians qed jippreparaw għall-ewwel kampanja tagħhom fl-aqwa kampjonat lokali. Is-
Southerners ħadmu matul is-sajf sabiex iżidu aktar kwalità fl-ewwel tim tagħhom, akkwistaw
barranin stabbiliti f’Malta bħal Ricardinho, Anderson De Barros u Kemar Reid kif ukoll difensur ġdid
Lucao. F’Orosco Anonam, Żejtun għandhom kowċ b’ħafna esperjenza fil-Kampjonat Premier u huma
jittamaw li jista’ jwassalhom biex ikunu sikuri f’dan l-istaġun.
LIJA ATHLETIC
Lija Athletic huma lura fil-kompetizzjoni wara assenza ta’ sentejn iżda l-klabb huwa konxju li qed
jaffaċċja sfida iebsa sabiex iżomm postu dan l-istaġun. Il-klabb ipprova jdaħħal plejers b’esperjenza
fl-iskwadra tiegħu, bħal Valdo Alhinho, Juan Cruz Gill u Ryan Darmanin, iżda wieħed għad irid jara
jekk dan hux se jkun biżżejjed biex iżomm il-pożizzjoni tiegħu. L-aqwa goalscorer tal-klabb Erjon Beu
se jerġa’ jkun essenzjali għall-aspirazzjonijiet tat-tim tiegħu.
Mill-ewwel xutt sal-aħħar pass. Kull xutt, kull punt, kull tiġrija, kull rebħa – esperjenzaha bħal qatt
qabel fuq Lottoland.mt. Lottoland toffri l-aqwa mħatri online minn kull rokna tal-pjaneta, b’eluf ta’
swieq disponibbli għalik. Kemm jekk tixtieq tieħu ċans fuq imħatri qabel il-logħba kif ukoll waqt il-
logħba innifisha, Lottoland għandha minn kollox, filwaqt li toffri odds kompetittivi sabiex tipprovdilek
l-aqwa valur għal flusek. Tista’ tagħmel “Cashout” kmieni sabiex tassigura profitt jekk l-imħatra sejra
tajjeb jew tieħu ftit lura minn dak li lgħabt jekk mhux sejra favurik – dan kollu qabel ma tispiċċa l-
logħba li qed tilgħab fuqha. Għal perjodu limitat biss Lottoland qed tħallas ukoll 10% żejda fuq
kwalunkwe mħatri rebbieħa li jakkumulaw 5 avvenimenti sportivi jew aktar.
Lottoland.mt hija operata minn European Lotto and Betting Limited u hija lliċenzjata mill-Awtorità
Maltija dwar il-Logħob, numru tal-liċenzja MGA/B2C/609/2018. 18+ Il-logħob tal-azzard jista’ jkun ta’
ħsara jekk mhux ikkontrollat. Jekk jogħġbok ilgħab b’responsabbiltà. Għal għajnuna żur rgf.org.mt