Dak ir-raġġ ta’ dawl tax-xemx stajt ma rajtux iżjed.
Dawn kienu kliem Gian Luca Mercieca, li ħames snin ilu ġie wiċċ imb wiċċ mal-mewt, hekk kif sab ruħu fil-Wied ta’ Birkirkara f’maltempata li għamlet ħerba sħiħa.
Kien it-tlieta ta’ Settembru. Mar Birkirkara għal interview. Niżel minn tal-linja qrib stabbiliment tal-ikel u beda nieżel dulluvju.