Tliet persuni daħlu ġo restorant fi Triq is-Salini f’Marsaskala mgħammda, serqu xi flus u ħarbu minn fuq il-post. Allegatament wieħed mill-persuni kellu arma tan-nar.
Dan ġara għall-ħabta tal-11.15. Il-Pulizija marru immedjatament fuq il-post
Ħadd ma weġġa’ waqt din is-serqa.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr. S Grech li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjoni tal-Pulizija rigward dan l-każ għadha għaddejja.