Żewġ żgħażagħ ta’ wieħed u għoxrin u tlieta u għoxrin sena, inħelsu mill-arrest fuq il-kundizzjoni li ma jwettqux reat ieħor fi żmien sentejn wara li s-Sibt, qabżu ġo żona ristretta fl-ajruport ta’ Malta biex jieħdu ritratt ma’ ajruplan.
Il-Prosekuzzjoni spjegat kif l-uffiċjali tas-sigurtà ndunaw biż-żgħażagħ, wara li raw xi dawl.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Huma ġew mixlija, u ammettew, li daħlu fl-ajruport bla permess, u mingħajr kard tas-sigurtà.
Intqal li ż-żgħażagħ ġew f’pajjiżna fuq btala biex jiċċelebraw ir-riżultati pożittivi li kisbu fl-istudji tagħhom.