Is-sentenza għal raġel li ammetta li seraq minn ħanut darbtejn fi tlett ijiem, se tingħata nhar it-Tnejn li ġej. Mark Anthony Borg, raġel ta’ 48 sena li jgħix San Ġiljan, ammetta l-akkuża ta’ serq bi vjolenza minn ħanut fil-lokalità fejn jgħix. Iż-żewġ każijiet seħħew fit-13 u fis-16 ta’ Mejju f’ħanut tal-merċa, fejn darba daħal jisraq b’mannara, u darb’oħra, b’sikkina. Fl-ewwel serqa Borg seraq €600 fi flus kontanti, filwaqt li fit-tieni attentat, kien imwaqqaf minn sid il-ħanut. Il-Prosekuzzjoni talbet li tingħata sentenza effettiva, bir-raġel qed jinżamm arrestat sa nhar it-Tnejn.