Daħal fit-tieni fażi tiegħu l-proġett ta’ madwar għaxar miljun ewro li se jara l-bini tal-ewwel ċentru akkwatiku u sportiv f’Għawdex.
Mifrux fuq ħamest elef u tmien mitt metru kwadru, dan iċ-ċentru Akkwatiku se joffri l-faċilità li l-pixxina tintuża għal kompetizzjonijiet tal-waterpolo u għal dixxiplini akkwatiċi oħra.
Fuq il-lant tax-xogħol il-Minisru għal Għawdex Clint Camilleri spjega kif dan huwa proġett massiċċ li mistenni jtaffi mhux ftit l-iskariġġ tal-atleti Għawdxin li sal-lum għadhom jaqsmu lejn Malta biex jipprattikaw dan l-isport.
Qal kif, “Dan huwa proġett ambizzjuż u ta’ importanza kbira għall-gżira Għawdxija, fejn se jkollna l-ewwel pixxina ta’ daqs olimpiku kif ukoll Kumpless tal-Isport, b’forzi ta’ dixxiplini b’mod partikolari dawk ta’ ġewwa u issa wkoll li ħlisna l-fażi tal-eskavar bdejna nissudaw il-pedamenti tal-istruttura eżistenti u użajna ukoll sistema ta’ pile biex issudajna l-bini kollu tal-madwar u issa proprju se tidħol l-iktar fażi interessanti u sabiħa tal-kostruzzjoni.”
Biswit il-pixxina, se jinbena kumpless sportiv ġdid u modern li se jieħu post dak li għal snin twal serva bħala l-unika ġinnasju f’din il-gżira.
Il-Perit tal-proġett Godwin Sultana spjega li wara li titlesta l-fażi fejn jingħata l-konkrit, ix-xogħol jibda tiela’ b’mod mgħaġġel ħafna biex eventwalment il-pixxina tkun tista’ tintuża mill-pubbliku.
Spjega, “Currently we are doing foundation works which will probably see us to Febuary. Once we are done with those things we will begin to do the actual concrete works for the foundation. Once we do those works I think the structure will start going up quite quickly.”
Il-bini tal-Pixxina ġie kkonsultat ma’ diversi entitajiet u esperti involuti fid-dixxiplina marbuta mal-għawm, fosthom l-Assoċjazzjoni Maltija għall-isport Akwatiku, l-Ispecial Olympics, Il-Bord tal-Isport f’Għawdex u l-klabb tal-waterpolo Otters ASC.
Permezz ta’ dan il-proġett, Gvern Laburista se jwettaq ħolma oħra tant mistennija mill-Għawdxin.