Xufier kien ordnat iħallas €796 wara li baqa’ dieħel f’karozza oħra u kkaġuna problemi lis-sewwieqa.
Karen Axisa fetħet kawża fil-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili kontra James Vella u kumpanija tal-assigurazzjoni, f’inċident li jmur lura għal-24 t’April tal-2008.
Fil-Qorti instema’ kif il-mara qalgħet daqqa ta’ karozza meta kienet għaddejja bil-karozza tagħha u waqfet fuq it-‘traffic lights’ wara li dawn qalbu fuq l-aħmar. Axisa xehdet li dakinhar tal-inċident kellha 40 sena u kienet impjegata ma’ lukanda. Iżda minħabba l-ġrieħi li sofriet, kellha tieqaf taħdem. Għalkemm hija tħallset tal-ħsara li sofriet fil-karozza, fil-kawża Axisa talbet li titħallas tad-diżabilità li sofriet; diżabilità ta’ 1%.
L-Imħallef ordna lir-raġel iħallas €796 bħala kumpens u llibera lill-kumpanija tal-assigurazzjoni.