Ilbieraħ ghall-ħabta tas-19:00, seħħet serqa fi Triq Ġiovanni Curmi, l-Iklin.
Raġel mgħammad daħal fil-ħanut u talab lill-impjegata – mara ta’ 44 sena residenti Birkirkara, sabiex ittih il-flus. Allegatament l-ħalliel kien armat b’arma tan-nar. Huwa ħarab minn fuq il-post b’ammont ta’ flus kontanti.
B’xorti tajba ħadd ma weġġa’.