L-Ewroparlamentari tal-Partit Laburista Cyrus Engerer inħatar bħala negozjatur tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi fuq ir-rapport dwar il-qagħda tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
Dan tħabbar fi stqarrija mill-Partit Laburista, fejn intqal li dan huwa s-sitt rapport li Engerer ġie fdat bih bħala negozjatur fl-ewwel disa’ xhur tal-mandat tiegħu bħala Membru Parlamentari Ewropew.
Cyrus Engerer qal li d-drittijiet fundamentali huma importanti għad-demokrazija, fejn tipproteġi l-libertà u l-identità ta’ kull persuna.
Huwa kompla jgħid kif din hija opportunità biex juri r-realtà tad-drittijiet fundamentali fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.