Il-Membru Parlamentari Ewropew, Cyrus Engerer intgħażel għad-delegazzjoni ta’ politiċi għall-akbar avveniment globali favur l-ambjent, il-COP26, li se jsir fi Glasgow fl-Iskozja.
Din il-konferenza ġġib liill-mexxejja kollha ta’ madwar id-dinja flimkien f’diskussjonijiet u negozjati dwar miżuri ambjentali li d-dinja għandha bżonn tieħu bħala parti mill-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.
Fi stqarrija, l-Ewroparlamentari Laburista qal x-xogħol li qed jagħmel l-uffiċċju tiegħu favur l-ambjent u l-valuri fundamentali tal-Unjoni Ewropea, qed ikun rikonoxxut mit-tmexxija tal-Parlament Ewropew.
Qal li dan huwa ż-żmien għal azzjoni konkreta dinjija u urġenti biex innaqqsu l-impatt negattiv tal-ħsara li għamilna bħala bnedmin matul l-aħħar deċenji.
Saħaq li l-miri ambjentali għas-snin li ġejjin mhumiex għażla, u kull Stat Membru jrid jimplimentahom u jassigura li kull pajjiż jingħaqad mal-Unjoni Ewropea għall-ogħla ambizzjonijiet possibbli.