L-Ewroparlamentari Laburista Cyrus Engerer intgħażel biex jirrappreżenta lill-Alleanza Progressiva tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi fil-Parlament Ewropew fil-ħidma tal-Kumitat tad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Ġeneri, il-FEMM.
Fl-ewwel reazzjoni tiegħu, Engerger, li huwa l-ewwel deputat Malti f’dan il-kumitat mindu Malta ssieħbet fl-Unjoni Ewropea, tenna li huwa se jkun qed jaħdem biex jinqered l-iżbilanċ tal-ġeneru, u l-inġustizzji kollha li jsiru kontra n-nisa fl-Ewropa.
Intant, il-prijoritajiet tal-grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi fil-kumitat FEMM huma li jittejbu d-drittijiet ta’ leave, kemm għall-ommijiet u anki l-missirijiet, l-promozzjoni ta’ trattament u paga ugwali bejn in-nisa u l-irġiel, u li jitqassmu ugwalment ir-responsabilitajiet bejn in-nisa u l-irġiel.