Il-Membru Parlamentari Ewropew tal-Partit Laburista Cyrus Engerer inħatar biex jikteb u jmexxi n-negozjati fil-Parlament Ewropew f’riżoluzzjoni li tikkundanna l-Gvern Ungeriż għall-ksur tal-liġijiet tal-Unjoni Ewropea.
L-Gvern Ungeriż, mmexxi mill-Prim Ministru Vicktor Orban, ilu taħt osservazzjoni minħabba l-ksur kontinwu tal-liġi tal-Unjoni Ewropea u talli jmur kontra l-valuri fundamentali tal-istess Unjoni Ewropea. dan fost oħrajn bil-liġi kontroversjali bil-għan li titrażżan id-diversità ta-ġeneru u l-orjentazzjoni sesswali fl-iskejjel.
F’reazzjoni, Engerer stqarr li hu qiegħed jipprepara riżoluzzjonijiet b’saħħithom li tikkundanna l-Gvern Ungeriz fuq ksur tal-liġi tal-Unjoni Ewropea, il-valuri fundamentali Ewropej u s-saltna tad-dritt fl-Ungerija.
Spjega wkoll li se jmexxi tim t’Ewroparlamentari fin-nogozjati ta’ din ir-riżoluzzjoni, fejn se jsejjaħ lill-Unjoni Ewropea tieħu azzjoni legali mmeddjata kontra l-Gvern Ungeriż.