Il-Membru Parlamentari Ewropew Laburista Cyrus Engerer reġa’ ngħata l-fiduċja mill-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi biex jinnegozja l-liġi tal-Unjoni Ewropea magħrufa bħala il-“Waste Shipment Regulation.”
Fi stqarrija Cyrus Engerer stqarr kif bħala Ewropej ma nistgħux inħarsu li nżommu l-pajjiżi tagħna nodfa u sana filwaqt li nesportaw l-iskart tagħna u l-periklu li dan jista’ jġib miegħu lejn pajjiżi tat-tielet dinja.
Engerer stqarr kif permezz ta’ dan ir-regolament dwar it-trasport tal-iskart, l-Unjoni Ewropea għandha tiżgura t-trasparenza u t-traċċabilità ta’ kull negozju bl-iskart fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Dan filwaqt li għandu jitwaqqaf l-esportazzjoni ta’ skart lejn pajjizi tat-tielet dinja li jikkawża problemi kbar ambjentali, kif ukoll ħsara lis-saħħa umana. R-regolament għandu jitratta l-imġieba kontra l-liġi biex ikun żgurat li l-iskart ikun trattat kif meħtieġ lejn ekonomija ċirkulari.