“Nawgura li l-kandidati l-ġodda tal-Partit Nazzjonalista jiddistanzjaw irwieħhom mill-ħsara li għamlu lil Malta il-Membri Parlamentari Ewropej Casa u Metsola f’din il-legislatura u jiddikjaraw li se jkunu qegħdin jaħdmu b’mod differenti jekk huma jiġu eletti” qal il-Kandidat tal-Partit Laburista Cyrus Engerer f’dibattitu fl-Università ta’ Malta organizzat mill-għaqda TDM 2000 fl-okkażjoni ta’ FreshersWeek 2018.Engerer qal dan b’reazzjoni għal intervent li għamel il-kandidat tal-Partit Nazzjonalista Peter Agius, li saħaq li l-għaqda bejn il-Membri Parlamentari Ewropej hi importanti għall-pajjiż.
“Għal dawn l-aħħar erba’ snin poġġejt fuq is-siġġu tal-Gvern Malti fil-Parlament Ewropew, u rajt b’għajnejja u smajt b’widnejja l-ħsara li ppruvaw jagħmlu lill-pajjiż f’kull plenarja. Il-poplu Malti għandu d-dritt ikun jaf jekk il-kandidati l-ġodda tal-Partit Nazzjonalista jaqblux mal-aġir ta’ sħabhom”, tenna Engerer.
Waqt id-dibattitu, Engerer tkellem ukoll dwar il-futur tal-Unjoni Ewropea, ż-żgħażagħ, u s-saltna tad-dritt.