Fl-isptar Mater Dei il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne żar sala ġdid li fiha se tkun qed titħaddem CT scanner ġdida li tiswa maż-żewġ miljun ewro.
Din il-magna hija l-aktar waħda moderna fis-suq u se tkun qed twassal għal vantaġġi kbar, fost oħrajn billi jinkisbu dettalji dwar l-arterji tal-qalb u billi tgħin fit-trattament ta’ mard bħal kanċer.
Fl-2012 saru 14,000 CT scan iżda fl-2015 dawn telgħu għal 31,000 scan.
Il-Ministru qal li dan xorta waħda ma jfissirx li l-listi ta’ stennija spiċċaw għal kollox. Għad fadal mal-elf persuna jistennew, iżda issa r-rata se tkun inqas minħabba l-magna l-ġdida.
Preżenti kien hemm ukoll is-Segretarju Parlamentari Ian Borg li qal li dan juri li l-fondi Ewropej qed jintużaw bl-aħjar mod.