Il-vapur MSC Seaside li kien fi triqtu lejn pajjiżna kellu jibdel il-pjanijiet tiegħu hekk kif persuna abbord irriżultat pożittiv għall-Covid-19.
Il-vjaġġ ta’ sebat ijiem kien mistenni jiddaħħal Malta bħala wieħed mid-destinazzjonijiet tiegħu meta persuna rrappurtat li kienet qed tħossha ma tiflaħx. B’hekk skont il-protokolli tal-MSC u kif approvat mill-awtoritajiet Maltin il-vapur ma tħalliex jidħol f’pajjiżna.
Filwaqt li aktar dettalji għad iridu jsiru magħrufa, il-protokoll osservat mill-kumpanija MSC jgħid li wieħed irid jippreżenta test negattiv għall-Covid-19 jew inkella ċertifikat tal-vaċċin f’każ li persuna hija mlaqqma kompletament. Dan sabiex tkun żgurata s-saħħa tal-passiġġiera u l-ekwipaġġ abbord kif ukoll tal-pajjiżi fejn jieqaf il-vjaġġ.