Cruiseliner ma tħalliex iniżżel il-passiġġiera l-art, wara li l-awtoritajiet Maltin kienu nfurmati li fuq dan il-vapur, li kien fi triqtu lejn pajjiżna, kien hemm każ suspettat ta’ COVID-19.
Dan intqal mill-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli. Fuq il-profil tagħha fuq Facebook spjegat li dan il-vapur tħalla jidħol Malta għal waqfa teknika ta’ ftit sigħat, iżda l-ebda passiġġier ma tħalla jinżel l-art.
Il-Ministru Farrugia Portelli qalet kif skattaw il-protokolli maqbula mal-Awtoritajiet tas-Saħħa Maltin fejn jistipulaw li l-ebda passiġġier ma tħalla jinżel l-art għall-eskursjonijiet.
Il-cruiseliner diġà salpa ‘l barra minn pajjiżna wara din il-waqfa teknika.