F’Għawdex illum daħal cruise liner li wassal numru ta’ turisti fil-Port tal-Imġarr, hekk kif kollox jindika li s-suċċess tas-sena li għaddiet għall-industrija tal-cruise liners f’Għawdex ma kienx eċċezzjoni.
Bħal dejjem it-turisti sabu jilqgħuhom persuni li tkellmu magħhom dwar x’hemm x’tara fil-gżira ta’ tliet għoljiet u l-karateristiċi tal-gżira Għawdxija. Ovvjament, l-iktar post li jżuru t-turisti huwa ċ-Ċittadella u bil-proġett ta’ restawr kulħadd qed jinżel lura x-xatt sodisfatt. Is-sena l-oħra waslu rekord ta’ cruiseliners f’Għawdex u din is-sena l-prospetti jidhru tajbin ħafna.