Tliet snin ilu Paul Torpiano, membru fil-gym CrossFit u persuna li ħadmet viċin ħafna Dr Victor Calvagna, ħareġ bl-idea li tiġi ddedikata ġurnata ta’ eżerċizzju biex titfakkar il-memorja ta’ wieħed mill-fundaturi ta’ Puttinu Cares, li matul ħajtu wkoll kien atleta.
Calvagna ħalla din id-dinja fl-4 ta’ Jannar tal-2022, b’din is-sena tkun it-tielet anniversarju minn mewtu.
Fl-attività miftuħa għall-pubbliku, li saret il-Ġimgħa filgħaxija, inġabret donazzjoni ta’ ħames ewro minn kull min ipparteċipa, bil-flus kollha jmorru għal Puttinu Cares.
Tkellimna ma’ Kyle Micallef, proprjetarju tal-gym CrossFit, li qalilna li, permezz ta’ dan kollu, wieħed ikun qed ifakkar il-ġid kbir li għamel dan it-tabib ma’ tant tfal f’pajjiżna.
“We came up with a very simple workout based on three movements, being a triathlon is 3 movements and it’s a workout that anyone can do and you can make it adjustable for all levels.”
Kyle Micallef