I Puffi, Occhi di Gatto, Pollon, Kiss Me Licia; dawn huma wħud mill-cartoons, li dawk li għandhom fuq l-erbgħin sena, żgur jiftakru. Dak iż-żmien mill-erbgħa ta’ wara nofsinhar ’il quddiem, kulħadd imwaħħal quddiem it-televixin, sas-sitta jsegwi l-programm tat-tfal ‘Bim Bum Bam’.
Kienu żminijiet li kien għadu ma daħalx cable television u konna naraw ġeneralment l-istazzjonijiet Taljani, minbarra x-xandir nazzjonali.
Tiddomina dawn il-cartoons spettakolari kienet dejjem il-vuċi ta’ Cristina D’Avena li kienet tiftaħ l-edizzjonijiet kollha ta’ għexieren minnhom, bil-kanzunetta tal-ftuħ.
Minbarra dawn is-signature tunes li semmejna, Cristina D’Avena, li llum tgħodd id-59 sena, kienet ipparteċipat ukoll bħala attriċi fis-serje televiziva Love Me Licia fl-1986, li kienet kontinwazzjoni tas-sensiela tal-cartoons ta’ Kiss Me Licia.
F’kumment speċifiċi lil tat lill-programm ‘Iljieli Sajfin’ fuq ONE Radio llejla, hi tkellmet dwar tfulitha u ż-żminijiet meta saħansitra kienet vittma tal-bullying. Fetħitilha wkoll dwar il-preġudizzji li kultant niltaqgħu magħhom fil-ħajja. D’Avena qalet li nies fl-industrija, sħabha u kantati oħra kienu jqisu l-mużika li tkanta bħala nferjuri minħabba li kienet tkanta biss għat-tfal. Madankollu illum l-istorja hija differenti.
Sadanittant fil-programm, li għandu produzzjoni ta’ David Muscat se jittratta l-mużika partikolari mill-cartoons tas-snin tmenin u disgħin, D’Avena bagħtet messaġġ lill-ammiraturi tagħha Maltin u Għawdxin
L-istedina hi għal-lejla fuq One Radio bejn is-sebgħa u t-tmienja u nofs mal-programm fuq ONE Radio fejn D’Avena se tkun qed twassal messaġġ, li jiswa mitqlu deheb għall-udjenza ta’ ONE.