L-istilla tal-futbol Cristiano Ronaldo ħabbar li flimkien mal-mudella Georgina Rodriguez qed jistennew tewmin. Il-mudella ta’ 27 sena jidher li tinsab fit-tielet xahar tat-tqala tagħha.

Ronaldo ta’ 36 sena huwa missier ta’ 4 t’itfal. Lura fl-2017 il-player tal-futbol kien stqarr li jixtieq 7 t’itfal. Christiano Ronaldo kien iltaqa’ mal-mudella Georgina Rodriguez lura fl-2016 meta kienet taħdem f’ħanut ta’ Gucci, f’Madrid.