Il-footballer stilla Cristiano Ronaldo ċaħad l-akkużi li saru minn mara Amerikana li allegat li kienet stuprata minnu lura fl-2009. Huwa ddeskriva dawn l-akkużi bħala aħbarijiet foloz, u f’filmat ippubblikat fuq Instagram huwa qal li dawn huma każijiet normali u jagħmlu hekk sabiex iġibu isem għalihom. L-avukati ta’ Cristiano Ronaldo mistennija li jiftħu kawża kontra rivista Ġermaniża li ħarġet b’din l-aħbar fejn allegat li Ronaldo stupra lil Kathryn Mayorga f’lukanda f’ Las Vegas.