Vicki Ann Cremona bagħtet dritt ta’ risposta wara rapporti fil-midja li hi se tieħu post ħu d-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina, bħala President tal-Għaqda Repubblika.
Cremona qalet li ma kien hemm ebda racket ta’ visas fit-Tuneżija meta hi kienet Ambaxxatur iżda din l-allegazzjoni tissemma f’rappurtaġġ fil-midja f’Diċembru tal-2011, is-sena li fiha kien hemm ir-Rebbiegħa Għarbija.
Vicki Ann Cremona kienet Ambaxxatur fi żmien Gvern Nazzjonalista ta’ Eddie Fenech Adami u GonziPN u kelliema fuq il-midja tal-Partit Nazzjonalista b’mod regolari fi żmien Simon Busuttil.
Kienet diġà President tal-għaqda Repubblika u kien fi żmien it-tmexxija tagħha fl-għaqda Repubblika fejn l-għaqda fetħet kwerela kontra l-Prim Ministru Robert Abela, il-Ministru għall-Intern Byron Camilleri, il-Brigadier tal-Armata u numru ta’ suldati.
Il-kwerela kienet iffirmata minn Jason Azzopardi għal Repubblika u anki Pawlu Borg Olivier, l-eks Segretarju Ġenerali Nazzjonalista, b’Vicki Ann Cremona kienet fil-ħidma kontra s-suldati biex titfahom sa għomorhom il-ħabs takkużahom bi qtil meta s-suldati kienu marru jsalvaw l-immigranti fl-eqqel ta’ pandemija.
Fil-fatt inkjesta maġisterjali li saret kienet xejnet għal kollox l-akkużi.