Il-President tal-għaqda Repubblika mistennija terġa’ tkun Vicki Ann Cremona, eks Ambaxxatur fi żmien Gvern Nazzjonalista ta’ Eddie Fenech Adami u GonziPN u kelliema fuq il-midja tal-Partit Nazzjonalista b’mod regolari fi żmien Simon Busuttil.
Bħala Ambaxxatur għal Malta fit-Tuneżija, Vicki Ann Cremona kien fi żmien li kien hemm allegat racket ta’ viżas biex Tuneżini jingħataw viża ħalli jidħlu fiż-Żona Schengen.
Dak iż-żmien il-Ministru għall-Affarijiet Barranin kien Tonio Borg b’rapporti fil-midja kienu anki rrappurtaw dan ir-racket taħt għajnejn Cremona, illum titkellem ħafna fuq is-saltna tad-dritt.
Vicki Ann Cremona diġà kienet President tal-għaqda Repubblika qabel ħu d-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina.
Fil-fatt hija kienet il-President li fi żmienha l-għaqda Repubblika fetħet kwerela kontra l-Prim Ministru Robert Abela, il-Ministru għall-Intern Byron Camilleri, il-Brigadier tal-Armata u numru ta’ suldati.
Il-kwerela kienet iffirmata minn Jason Azzopardi għal Repubblika u anki Pawlu Borg Olivier, l-eks Segretarju Ġenerali Nazzjonalista, b’Vicki Ann Cremona kienet fil-ħidma kontra s-suldati biex titfahom sa għomorhom il-ħabs takkużahom bi qtil meta s-suldati kienu marru jsalvaw l-immigranti fl-eqqel ta’ pandemija.
Fil-fatt inkjesta maġisterjali li saret kienet xejnet għal kollox l-akkużi.
Sadanittant Robert Aquilina qal li għalkemm mhux se jibqa’ President huwa se jibqa’ jaħdem għall-għaqda u jkun avukat tagħha.
Qal li se jmur jaħdem bħala rappreżentant ta’ fondazzjoni kontra l-mafja.