Bħalissa għaddejja operazzjoni ta’ salvataġġ wara li fil-Munxar limiti ta’ Wied il-Għajn mara sabet diffikultà wara li waqa’ xi blat fuqha waqt li kienet fejn il-baħar.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tlieta ta’ wara nofsinhar u fuq il-post hemm jassistu numru ta’ uffiċjali tal-protezzjoni ċivili, pulizija u ambulanza.
ONE News jinsab infurmat li l-vittma ddaħħlet l-art b’dgħajsa u minn hemm bdiet tingħata mil-ewwel ic-CPR minn tim mediku.
Aktar informazzjoni malli taslilna.