Wara diskussjonijiet li saru matul dawn l-aħħar sigħat bejn il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, u d-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa pubblika fi ħdan l-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru, il-Gvern qiegħed iħabbar li bħala mezz ta’ prekawzjoni għall-imxija tal-COVID-19, il-mużewijiet nazzjonali operati minn Heritage Malta, teatri pubbliċi u avvenimenti kulturali tal-massa organizzati minn xi entità pubblika qegħdin jiġu sospiżi għaż-żmien li ġej, sakemm jinħareġ kommunikat uffiċjali ieħor.