Wara d-diżżapunt kbira fit-telfa ta’ 7 – 0 kontra Spanja, l-Costa Rica għelbu lill-Ġappun 1 – 0 f’logħba bi ftit jew xejn ta’ storja, liema konfront kien validu minn Grupp E.
Tul din il-partita, ħafna stennew iżjed mill-Ġappun wara r-rebħa sorpriża kontra l-Ġermanja iżda l-Ġappuniżi kienu biss id-dell ta’ dak li rajna kontra l-Ġermanja.
L-ewwel taqsima kienet bla storja b’ħafna logħob konfuż f’nofs il-grawnd li ma wasal għall-ebda azzjoni denja ta’ nota fuq il-lasti rispettivi.
It-tieni taqsima ma’ kinitx wisq differenti bil-Ġappun xi ftit aħjar u Costa Rica jagħlqu kemm jifilħu sabiex ma jsofrux gowls sakemm fil-81 minuta Tejeda approfitta minn indeċiżjoni fid-difiża, kompla lejn Keysher Fuller li xeħħet wara Gonda fil-lasta tal-Ġappun.
Lejn it-tmiem il-goalkeeper Navas kien strumentali sabiex salva periklu serju bil-Costa Rica eventwalment jirbħu 1 – 0.
Ritratt: NDTV Sports