Il-grupp Brittaniku Whitebread, is-sid ta’ għadd ta’ ristoranti u kafetteriji rinomati, se jbiegħu il-katina Costa Coffee lill-Coca Cola għal 3.9 biljun sterlina.
Whitebread akkwista lil Costa Coffee fl-1995 għal 19-il miljun sterlina, meta kien għad kellha biss 39 ħanut imferrxin madwar ir-Renju Unit.
Madanakollu, il-Grupp Whitebread ilu għal dawn l-aħħar snin taħt pressjoni mill-azzjonisti biex din il-katina tinbigħ, u ssir kumpanija seprata.
Minn naħa tiegħu il-Kap Eżekuttiv tal-Coca Cola, James Quincey, qal li d-ditta Costa tagħti lil Coca Cola kapaċitajiet ġodda, waqt li saħaq li din se tagħtihom opportunità li jkomplu jespandu d-ditta f’orizzonti ġodda.