Cospicua Rangers rebħu n-National Christmas Cup tal-Blackball meta fil-finali li ntlagħbet fil-Fuego Speakeasy Arena f’Birkirkara għelbu lil Ħamrun 147 A 11-5.
It-tim minn Bormla ddomina l-logħba tant li dejjem żamm il-vantaġġ li kellu, Minkejja li Ħamrun 147 A rebħu xi frames, fil-ġurnata Cospicua Rangers kienu aħjar u setgħu jiċċelebraw mal-preżentazzjoni tat-tazza.
Cospicua Rangers kellhom lil Johan Attard, Wayne Pace, Ryan Pisani, Mevrick Zammit, Clayton Attard, Kevin Schembri, Lydan Debono u Clint Grima filwaqt li Malcolm Parnis, Mark Cassar, Luke Said, Tony Drago, Owen Amato, Scott Muscat, Steve Muscat, Clint Azzopardi, Josef Fiteni, Miguel Amato u Dylan Cassar kienu jiffurmaw Ħamrun 147 A.
Din kienet it-tielet finali li ntlagħbet matul din il-ġimgħa hekk kif Qormi San Bastjan rebħu l-Community Christmas Cup filwaqt li Qormi Anici Boys rebħu r-Regional Christmas Cup.