Jeremy Corbyn żamm postu fit-tmun tal-Partit Laburista Ingliż dan wara li għeleb lil Owen Smith b’maġġoranza komda.
Corbyn li safa sfidat wara r-referendum tal-futur tar-Renju Unit fl-Unjoni Ewropea kiseb ftit aktar minn 61 % tal-voti mixħuta lejliet il-konferenza tal-Partit Laburista f’Liverpool. Corbyn li xi daqqiet ġie kritikat għall-attitudni politika tiegħu saħħaħ il-pożizzjoni tiegħu hekk kif il-fiduċja f’dan l-aħħar vot tiżboq dik li kiseb is-sena l-oħra.

Wara li tħabbar ir-riżultat il-mexxej tal-Partit Laburista Ingliż ħeġġeġ għall-għaqda u insista li l-Partit tiegħu jista’ jirbaħ l-elezzjoni li jmiss.