Sitt shadow ministers Laburisti rriżenjaw u aktar riżenju huma mistennija fi ħdan il-Partit Laburista Ingliż. Dan b’sinjal ta’ protesta għal mod li bih Jeremy Corbyn mexxa l-kampanja waqt ir-referendum dwar Brexit.
Wara li Corbyn keċċa lil Hilary Benn, shadow minister għall-affarijiet barranin, irriżenjaw Heidi Alexander, Ian Murray, Gloria de Piero, Lillian Greenwood, Lucy Powell u Kerry McCarthy.
Corbyn qed jaffaċja vot ta’ sfiduċja wara li l-kampanja ‘Remain’ falliet. Minn dejjem kien kritiku kbir tal-Unjoni Ewropea u kien hemm min, fil-partit tiegħu stess, akkużaħ li ma mexxiex kampanja b’saħħitha biżżejjed favur l-Unjoni Ewropea.
Il-vot ta’ sfiduċja f’Corbyn se jkun diskuzz fil-laqgħa li jmiss bejn il-Membri Parlamentari, li se ssir għada.