Madwar 2,400 persuna li għandhom x’jaqsmu mal-industriji taż-żejt, faħam u gass għall-produzzjoni tal-enerġija kienu preżenti għal-laqgħa internazzjonali tal-Ġnus Magħquda dwar it-tibdil fil-klima, il-COP28, li saret f’Dubaj.
Dan l-ammont huwa ferm sew minn kemm kien għal din il-laqgħa internazzjonali annwali fis-sentejn li għaddew. Sentejn ilu, waqt il-COP26, li saret fi Glasgow fl-Iskożja kien hemm madwar 500 persuna ġejjin minn din l-industrija u s-sena l-oħra, f’COP27 fl-Eġittu, kien hemm madwar 600 persuna.
B’dan ifisser li COP28 kienet l-akbar konferenza internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima, hekk kif għaliha attendew madwar 97,000 persuna fosthom politiċi, diplomatiċi u ġurnalisti.