L-Unjoni Ewropea trid li waqt is-summit tal-COP26 li se jiddiskuti t-tibdil fil-klima, il-pajjiżi sinjuri jgħinu lill-pajjiżi foqra sabiex huma wkoll ikunu jistgħu jiġġieldu din il-problema.
L-Unjoni Ewropea permezz ta’ stqarrija maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea qalet li se tkun qed tmexxi din il-pożizzjoni fis-summit fi Glasgow, sabiex dawn il-pajjiżi jnaqqsu l-emmissjonijiet.
F’din l-istqarrija ntqal kif is-27 membru stat tal-Unjoni Ewropea qed jgħinu f’din il-ġlieda, hekk kif bejniethom qed jinvestu $25 biljun kull sena.