Is-summit tant mistenni dak tal-COP26, se jkun qed jingħata bidu tiegħu llum fi Glasgow.
Dan hekk kif delegati minn madwar mitejn pajjiż se jkunu preżenti biex iħabbru u jiddiskutu kif se jkunu qed inaqqsu l-emissjonijiet sal-2030 u b’hekk jgħinu lill-pjaneta fid-dawl tat-tibdil fil-klima.
L-ewwel jum tas-summit se jkun qed jara rapport tal-istat tal-klima maħruġ mill-Organizzazzjoni Meterjoloġika Dinjija, WMO.
Hekk kif id-dinja qed tisħon kawża tal-emissjonijiet ikkawżati mill-bnedmin, ix-xjentisti qed iwissu li trid tittieħed azzjoni f’waqtha biex tiġi evitata katastrofija fil-klima.