Malta Public Transport inawgurat Control Room ġdida, grazzi għal investiment ta’ nofs miljun ewro.
Dan l-investment se jkun qed jiffaċilità s-servizz permezz ta’ komunikazzjoni diretta max-xufiera li jkunu qegħdin joffru servizz ta’ transport pubbliku fit-toroq Maltin u Għawdxin. Dan bil-għan li min juża s-servizz jinqeda bl-aħjar mod possibbli u mingħajr dewmien żejjed.
Il-Ministru għat-Trasport Ian Borg, li kien preżenti għall-inawgurazzjoni, ħabbar ukoll li x-xufiera kollha, li jammontaw għal aktar minn 1,100 ser jingħataw tablet kull wieħed biex il-koordinazzjoni ssir b’mod aktar faċli u aħjar għall-benefiċċju tal-passiġġiera li jagħmlu użu mit-trasport pubbliku.