Antonio Conte, il-kowċ tat-tim taċ-Chelsea jista’ jgħoddha b’waħda meta waqt li kien waqt it-taħriġ fil-grawnd lussuż tat-tim stess, inqalgħet maltempata li għolliet wiċċ tal-ħġieġ ta’ mejda bil-konsegwenza li spiċċat fuq il-windscreen tal-karozza personali tiegħu.
Ftit mumenti qabel, kien għadu kif għaddha minn maġenb il-karozza, id-direttur tal-komunikazzjoni tal-klabb Steve Atkins.
Conte għandu l-ispazju tal-parkeġġ tiegħu fil-grawnd li jinsab fil-belt ta’ Surrey f’Cobham. Fortunatament, ħadd ma weġġa’.