Il-Prim Minsitru Taljan Giuseppe Conte qed iħeġġeġ lis-Senaturi jappoġġjaw il-ħidma tal-Gvern fejn tidħol il-pandemija, anke fi żmien fejn qed jaffaċċja vot ta’ fiduċja fit-tmexxija tiegħu fis-Senat stess.
Il-Kamra tad-Deputati diġà vvotat favur Conte bi 321 vot favur u 259 kontra jiem ilu, iżda issa mistenni jivvota s-Senat. Dan wara li l-ġimgħa li għaddiet, l-eks Prim Ministru Matteo Renzi neħħa l-partit tiegħu mill-koalizzjoni, minħabba l-mod kif dan mexa tul il-pandemija.