Karru tal-karnival Malti ġibed l-attenzjoni tal-istilla Irlandiża fl-arti marzjali fil-UFC, Conor McGregor.
Dan hekk kif fis-siegħat bikrin tal-Ħadd filgħodu, McGregor xerred ritratt fuq il-profil tiegħu fuq is-sit soċjali Instagram b’karru tal-karnival Malti fil-Furjana.
The Notorious One kien wieħed mill-figuri prominenti fuq l-istess karru.
Fil-kumment tiegħu McGregor rringrazzja lill-Malta u saħansitra ta’ ħjiel li ser iżur pajjiżna fil-futur qarib.
![Karnival Malti jagħmlu karru ta' Conor McGregor](http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2019/03/52930337_417332299013732_6748772435367034880_n-576x1024.jpg)
Il-“post” ta’ Conor McGregor b’reazzjoni għall-karru tal-Karnival Malti