Is-sit tal-Conde Nast Traveler poġġa lil Malta fis-sitt post minn fost tmintax-il pajjiż li wieħed għandu jżur fis-sena 2018. Dan is-sit ddeskriva lil Malta bħala l-aktar post xemxi fl-Ewropa b’veduti pittoreski tal-baħar b’Belt kapitali mimlija storja u kultura.
Fost il-postijiet li ġibdu għajnejn dan is-sit huma is-sit ta’ fejn kien hemm it-tieqa tad-Dwejra. Sit li issa qed jattira għexieren ta’ bugħaddasa kuljum għall-sbuħija unika li qed joffri taħt il-livell tal-ilma. Dan is-sit ma naqasx milli jsemmi numru ta’ platti tipiċi ta’ ikel Malti fosthom l-istuffat tal-fenek u l-pastizzi.
Il-Conde Nast Travel huwa magazine li jiġi ppublikat kull xahar f’bosta pajjiżi madwar id-dinja.