“Ma nistgħux immorru għal logħba futbol bil-captain b’saqajh fil-ġibs”.
Din kienet id-dikjarazzjoni tad-deputat Nazzjonalista Therese Comodini Cachia li trid tkun hi Kap tal-Oppożizzjoni flok Adrian Delia.
Fi programm fuq Favourite Channel, Comodini Cachia stqarret li meta captain ta’ tim tal-futbol iweġġa’ jagħti l-faxxa tal-captain lil xi ħaddieħor.
Dawn l-aħħar ġimagħtejn kienu fost l-aktar turbolenti għall-Partit Nazzjonalista fejn il-qasma fil-grupp parlamentari issa ġiet riflessa wkoll fl-ogħla organi tal-partit bis-Segretarju Ġenerali kien kostrett jieħu passi dixxiplinarji kontra l-fergħa taż-żgħażagħ, l-MŻPN, li hija leali lejn l-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil.
Fuq dan ukoll, Comodini Cachia kritikat lil Delia u ddeskriviet il-passi kontra l-MŻPN bħala ġenn.