Wara xahar tħambaq li għandna nagħżlu Malta, Therese Comodini Cachia għażlet Brussell.
Therese Comodini Cachia iddikjarat li mhux se tieħu s-siġġu fil-Parlament malti biex tibqa’ membru tal-Parlament Ewropew.
Hi qalet dan wara li kienet eletta mit-tmien distrett elettorali fuq il-Partit Nazzjonalista wara li fl-elezzjoni tas-Sibt li għadd saħansitra kkontestat fuq żewġ distretti.
F’kummenti ma’ The Malta Independent qalet li din id-deċiżjoni ħaditha b’dispjaċir u wara li kkonsultat mal-familja. Żiedet li fi żmien li baqa’ se tara li fi Brussell tgħin biex tinbena r-reputazzjoni ta’ Malta.
Hi qalet li se tgħin lill-partit jinbena mill-ġdid, għalkemm imkejjen fid-Dar Ċentrali sostnew li din id-deċiżjoni hija l-konferma li Comodini Cachia mhux se tkun qed tieħu sehem fit-tellieqa għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista. Comodini Cachia kienet fdata wkoll bil-kitba tal-manifest elettorali tal-Partit Nazzjonalista.