Mal-100 atleta minn diversi klabbs lokali tal-Combat Sports ħadu sehem f’semminar imtella’ mill-atleta ta’ fama Andre Zeitoun. Is-seminar sar fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet fit-training courts Ta’ Qali.
Dawk kollha preżenti kellhom madwar sagħtejn sħaħ li matulhom Zeitoun ħadem fuq teknika tal-Muay Thai, K1 u Boxing.
Master Andre Zeitoun kellu kliem ta’ tifħir għall-atleti u kowċies lokali. Għalih din ma kenitx l-ewwel darba f’Malta apparti li għandu rabta ma’ pajjiżna hekk kif ommu hija mix-Xewkija Għawdex.
Master Andre Zeitoun fetah diversi gyms fi Franza, il-Ġappun u anke t-Tajlandja. Fit-Tajlandja ġie anke onorat bħala Master Gold Belt.
Is-seminar ta’ tmiem il-ġimgħa li għaddiet f’Malta ġie mtella’ mill-Malta National Combat Sports Cooperative.