Il-fundatur tas-sit internazzjonali Temu, Colin Huang sar l-iżjed persuna sinjura fiċ-Ċina.
Huwa rnexxielu jitla fit-23 post tal-aktar persuni sinjuri madwar id-dinja, hekk kif hu stmat li għandu aktar minn $51 biljun, sa nofs dan ix-xahar.
Huang beda bħala apprentistat fil-kumpanija Microsoft, imbagħad, fl-2004 huwa gradwa b’Masters fit-Teknoloġija mill-Università ta’ Wisconsin-Madison. Wara li ggradwa, huwa ngħaqad mal-kumpanija ‘Google’ bħala inġinier tas-softwares, u ftit wara okkupa kariga maniġerjali.
Il-mument kruċjali fil-karriera ta’ Colin Huang kien meta fetaħ is-sit online ‘Temu’, li hu suq tal-kummerċ elettroniku fejn il-bejjiegħa, ħafna minnhom Ċiniżi joffru xelta ta’ prodotti wiesgħa lill-konsumaturi. Wieħed jista’ jara dawn il-prodotti wkoll fuq mobile app.
Il-mixja ta’ Huang, minn sempliċiment ħaddiem għal imprenditur billjunarju, turi kemm hu kapaċissimu fid-dinja tan-negozju, fejn stabilixxa ruħu bħala wieħed mill-aktar nies sinjuri fid-dinja.
Kitba: Aymen Grech Pace