Il-grupp mużikali famuż mondjali Coldplay għadhom kif qalu li se joffru l-appoġġ tagħhom lill-fondazzjoni bbażata f’Malta, MOAS (Migrant Offshore Aid Station). Fondazzjoni li salvat u qed issalva eluf ta’ refuġjati minn ħalq il-mewt, li jkunu qed jaħarbu minn gwerer f’pajjiżhom.
Coldplay, li huma sew magħrufin għall-għajnuna li huma joffru lil fondazzjonijiet ta’ karità diversi, saret benefattur ewlieni ta’ din il-Fondazzjoni, li topera l-missjonijiet professjonali ta’ tiftix u salvataġġ fl-ibħra tal-Mediterran u Aegan.
Il-kantant Chris Martin qal “Kull sena, Moas issalva eluf ta’ persuni li jkunu f’riskju li jitilfu ħajjithom, hekk kif ikunu qed ifittxu li jsibu ħajja aħjar. Nies, li li kieku ġeografikament aħna ninsabu hemm, nistgħu nispiċċaw fis-sitwazzjoni tagħhom. Għalekk, ninsabu vera kburin li se nkunu ta’ appoġġ għax-xogħol li qed jagħmlu.”