Il-grupp mużikali famuż dinji, Coldplay, nedew mużika ġdida taħt isem ġdid ‘Los Unidades’. Minkejja li pprovaw ma jagħmlux ħoss dwar min kienu l-membri f’dan il-grupp, is-segwaċi ta’ dan il-grupp malajr daqqitilhom widnejhom kif semgħu leħen il-kantant.
Il-kanzunetta li tnediet ngħatat l-isem ta’ E-Lo b’kollaborazzjoni ma’ Pharrell Williams, bir-record label Porlophone Records tħabbar li ffirmat grupp mużikali ġdid.
Għalkemm forsi ppruvaw jaħbu x’għamlu, ma tantx irnexxielhom anke minħabba l-għażla tal-isem tal-album il-ġdid ta’ “Los Unidades” li għamilha ftit ovvja.