Bojan Cmelik weħel għomru l-ħabs wara li nstab ħati għall-qtil tal-imprenditur Hugo Chetcuti.
Huwa ġie kkundannat mill-Imħallef Aaron Bugeja, li ppreseda l-ġuri, li dam ġimgħa.
L-Imħallef ordna li Cmelik jagħmel perjodu fis-sena iżolat waħdu fil-ħabs.
Cmelik instab ħati bi tmien voti kontra wieħed wara sitt sigħat ta’ deliberazzjoni tal-ġurati.
Wara l-verdett tal-ġurati, id-Difiża, il-Prosekuzzjoni u l-Parte Civile, għamlu s-sottomissjonijiet tagħhom, bl-Avukat tal-Familja talab għal sentenza t’għomor il-ħabs.
Cmelik kien deher jagħti daqqiet ta’ sikkina lil Chetcuti f’Lulju tal-2018 barra stabbiliment tal-imprenditur.
Cmelik kien ħarab minn fuq il-post u nqabad wara ġirja warajh mill-pulizija li biex rażżnuh u arrestawh, kienu sparawlu bit-taser gun.
Chetcuti kien miet sitt ijiem wara l-każ, fl-isptar.
Aqra wkoll: