L-eks Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli rtira mill-kandidatura tiegħu minn mal-Partit Nazzjonalista.
Dan ġie żvelat skont is-sit Malta Daily, it-Tnejn filgħodu, ġurnata wara li bdiet il-kampanja elettorali.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Puli kien Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista taħt it-tmexxija tal-eks Kap Nazzjonalista Adrian Delia.
Fi Frar ta’ sentejn ilu, Clyde Puli rriżenja minn dan l-irwol minħabba l-firda bejn il-fazzjonijiet fil-Partit Nazzjonalista.