Li kieku l-kelliem tal-Partit Nazzjonalista għall-Edukazzjoni ħa ħsieb is-salarji tal-għalliema bħalma kien ħa ħsieb tiegħu meta kien fil-Kabinett ta’ Lawrence Gonzi, il-moral tal-għalliema llum kien ikun ferm aħjar. Dan qalu l-Partit Laburista fi stqarrija.
Il-Partit Nazzjonalista, permezz ta’ Clyde Puli, illum ħareġ stqarrija jgħid biex lill-Gvern jieħu azzjoni fuq l-għalliema. Dan meta kien dan il-Gvern li ffirma ftehim b’titjib sostanzjali fil-pagi tal-għalliema u fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom.
L-istudju li ġie ppublikat dan l-aħħar huwa l-wirt tal-Partit Nazzjonalista fil-Gvern, fejn fl-aħħar għaxar snin tiegħu fil-gvern ma ta ebda żidiet lill-għalliema.
B’kuntrast dan il-Gvern wettaq bil-fatti u l-għalliema illum qed jaraw żidiet sostanzjali fil-pagi u titjieb fil-kundizzjonijiet.
Gvern Laburista kommess li l-implimentazzjoni tal-ftehim settorali jitwettaq bis-sħiħ, skont it-timelines miftehma mal-unjin biex nkomplu naraw titjieb fl-impjieg tal-għalliem, mhux biss dak finanżjarju iżda anke l-operat tax-xogħol u t-tnaqqis ta’ piżijiet burokratiċi li jidevjaw mix-xogħol tal-edukaturi, li huwa t-tagħlim u l-ġid tat-tfal tagħna, sostna l-Partit Laburista.