Id-Deputat Nazzjonalista Clyde Puli bħal deputati oħra tal-Partit Nazzjonalista, ma jafx kemm jiswew il-miżuri tal-Partit Nazzjonalista.
Mistoqsi għal darba oħra minn ONE News biex jgħid kemm tiswa proposta li jitħallas il-leave kollu ta’ kwarantina tal-ħaddiema, l-eks Segretarju Ġenerali Nazzjonalista ma kienx kapaċi jagħti ċifra.
Meta kien mistoqsi: “Fost diversi proposti li għamiltu bħala partit semmejtu li kellu jitħallas il-leave kollu tal-kwarantina. Xtaqt insaqsik forsi jekk tafx kemm tiġi tiswa proposta bħal din?”
Puli wieġeb: “Ħa ngħidlek kif diġa ntqal kemm-il darba din tiswa ħafna.”
Din id-dikjarazzjoni ssegwi dik tal-Kap stess, Adrian Delia li kkonferma li l-miżuri li qed isemmi hu stess ma jafx kemm jiswew.
Fil-fatt Delia kkonferma li huwa jħabbar xi ħaġa mingħajr ma jkun jaf kemm jiswew l-affarijiet.
Bħal Kap għamel l-istess, Clyde Puli. Huwa sostna: “Diffiċli tkun taf, mhux ovvja li diffiċli tkun taf.”